L-Assedju l-Kbir ta’ Malta 1565 Esplora l-ġrajjiet ta’ ‘L-Assedju l-Kbir ta’ Malta 1565’, avveniment storiku importanti, taqbida impossibbli kontra s-supremazija tal-Imperu Ottoman. Minkejja li s-Sultan Sulejman il-Manifiku kien ċert li se jħarbat lill-gżira fi żmien ġimgħa, iċ-ċkejkna Malta wriet snienha minflok ħallietu jużaha bħala tarġa għall-Ewropa, kif kien qed jaħseb hu. Ħinijiet tal-ftuħ: Kuljum mill-10.00 sas-18.00. L-aħħar dħul fil-17.30. - Iffranka l-kjuwijiet - Evita li toqgħod tistenna - Żur il-mużew meta trid - Il-gwida awdjo tal-mużew iddum madwar 30 minuta - Faċli biex jiddaħħal fl-itinerarju tiegħek Wara li żżur il-mużew, qis li tgħaddi tieħu xi ħaġa mill-Café Premier. Il- Café Premier jinkludi Grand Café, Sushi Bar, Tapas Bar, taqsima tas-Self-Service u Bistro/Brasserie. Kif tasal: Hemm rotot diretti frekwenti għall-Belt Valletta. Mit-terminus għandek mixja ta’ madwar għaxar minuti saċ-ċentru u l-Mużew ta’ Ġrajjiet l-Assedju l-Kbir / Café Premier. Mill-Valletta Waterfront: bil-mixi, bil-karozza tal-linja, taksi jew karozzin. Il-Mużew ta’ Ġrajjiet l-Assedju l-Kbir & Café Premier Pjazza Repubblika, Triq ir-Repubblika Valletta VLT1410 Tel: (+356) 22489300 admin@greatsiege.com.mt / www.greatsiege.com.mt Prezz tad-dħul għal kull persuna: Kbar: Ewro 7.50 Tfal (12-il sena) Ewro 3.75 Pensjonanti (60 sena) u studenti (sa 19-il sena), bl-ID cards: Ewro 4.00 Family pack: Żewġ adulti u żewġt itfal: Ewro 19.00 |

